Il-Partit Nazzjonalista jinsab fl-inkwiet. Din hi l-opinjoni tal-opinjonista u ħassieb Martin Scicluna dwar il-Partit Nazzjonalista. Partit li ġarrab ir-raba’ telfa elettorali storika.
Fuq The Times of Malta Martin Scicluna kiteb dwar l-inkwiet intern u finanzjarju li qed jesperjenza l-Partit Nazzjonalista.
Scicluna saħaq li n-Nazzjonalisti qegħdin jagħmlu ħajjithom diffiċli iktar milli hi, għal xejn b’xejn.
“Hemm bzonn kruċjali li dawk in-nazzjonalisti li għadhom jopponu għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jingħaqdu wara l-Kap tagħhom” qal Martin Scicluna.
”The PN is in trouble. It is financially bankrupt” zied Martin Scicluna. Żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum sew fejn m’għandux biżżejjed voti biex jinfluwenza b’xi mod jew ieħor kwistjonijiet fil-parlament. Qal li dan jagħmlu fallut politikament ukoll.
Spjega kif il-Partit Nazzjonalista ma jafx xi jrid u l-istat li qiegħed fih mhux qed jgħin biex ikollna oppożizzjoni kostruttiva u li tiffunzjona.
Scicluna innota kif Adrian Delia qed iwiegħed li l-oppożizzjoni se tkun kostruttiva.Qal li l-ewwel test li se jħabbat wiċċu miegħu huwa dwar il-konvenzzjoni kostituzzjonali.
Martin Scicluna jispjega kif Adrian Delia għandu jzomm mal-wegħda tiegħu u jaħtar grupp ta’ kelliema dwar il-konvenzjoni kostituzzjonali.
L-artiklu ta’ Scicluna ġab reazzjoni fost il-partitarji nazzjonlisti fosthom bejn nies mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u dik ta’ Adrian Delia.
Fuq Facebook spikkaw kummenti fejn partitarji nazzjonalisti kitbu dwar il-vendikazzjonijiet li għaddew minnhom fl-aħħar xhur għax fil-kampanja għat-tmexxija ta’ Kap appoġġjaw lil Adrian Delia. Filwaqt li oħrajn kitbu kif qed jesperjenzaw ħafna vendikazzjonijiet minn nies ta’ Delia għax appoġġjaw lil Chris Said fl-elezzjoni biex jinħatar kap nazzjonalista.