Fl-ewwel attività politika għal din is-sena, il-Partit Nazzjonalista kompla bir-retorika tas-soltu, dik li jipprova joskura l-kisbiet tal-Gvern Laburista.
Fil-fatt, fl-isfond ta’ aħbarijiet pożittivi minn diversi aġenziji ta’ kreditu l-aħħar waħda Standard & Poor’s li kkonfermat r-rating ta’ A- għall-ekonomija ta’ pajjiżna, fin-Naxxar, il-Kap Nazzjonalista, Bernard Grech qal hekk.
“Dak li qed jeqred lil pajjiżna.”
Bernard Grech – Kap tal-PN
Dan l-attakk fuq il-kisbiet ekonomiċi, kompla wkoll mid-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg, li ddeskriviet tali aħbarijiet fuq l-ekonomija bħala ftaħir.
“Ftaħir li l-ekonomija tagħna qiegħda soda.”
Claudette Buttigieg – Deputat tal-PN
It-ton konfrontattiv fl-istess attività politika kompla mid-Deputat Nazzjonalista, Ryan Callus.
“Hawn hi l-Oppożizzjoni.”
Ryan Callus – Deputat Nazzjonalista
Waqt din l-attività politika ma naqsux ukoll it-tislijiet lejn eks Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista u deputati tal-establishment.
“B’mod partikolari għal Dr Simon Busuttil bħala eks Kap tal-Partit Nazzjonalista għal David Casa bħala Membru Parlamentari li huma t-tnejn flimkien bl-għajnuna ta’ Jason Azzopardi.”
Claudette Buttigieg – Deputat tal-PN
Bl-iskuża tal-interconnector, Ryan Callus qal li għandu jirringrazzja lill-Gvern ta’ GonziPN.
“X’ngħid grazzi? Ħa ngħidilkom lil min ngħid grazzi, lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-Gvern tiegħu.”
Ryan Callus – Deputat Nazzjonalista