Il-Partit Nazzjonalista tenna li Malta hija marida.
Fiż-Żurrieq qabel Bernard Grech intgħażel biex jitkellem l-EwroParlamentari Nazzjonalista David Casa, li għamel diskors negattiv u diviżiv.
Casa qal, “Marda li għandu pajjiżna mhux ser tkun faċli ħbieb tiegħi illi noħorġu minnha din il-marda jekk jibqa’ l-Gvern tal-Partit Laburista fil-Gvern.”
Bil-Kap Nazzjonalista warajh japprova dak kollu li qiegħed jgħid David Casa wera wkoll l-ankri li jwaħħlu lil-Partit Nazzjonalista fil-passat.
“Għax hekk għallimni dan il-Partit, hekk għallmuni Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi”, qal Casa.
Ma setax jonqos li David Casa jsemmi u jsellem minn fuq il-palk lid-Deputati tal-establishment Nazzjonalista u lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Hu qal, “Irrid insellmilhom minn hawn lil Jason Azzopardi, lil Karol Aquilina, lil Beppe Fenech Adami u lil Simon Busuttil.”
ARA WKOLL: