Fuq ix-xandir nazzjonali kompla joħroġ it-taħwid fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u għalih il-Partit ta’ Bernard Grech qed jibqa’ jisħaq li l-costings ħerġin.
Sigħat qabel fetħet il-votazzjoni bikrija, fuq ix-xandir nazzjonali, id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea, li ħadet post David Thake, ammettiet li l-Partit Nazzjonalista għadu bla costings tal-wegħdiet li qed jagħmel.
Hi qalet hekk:
Quinton Scerri: “Hawnhekk xi tliet ġimgħat ilu kelli lil Michael Piccinino li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Dan qalli li sal-aħħar tal-kampanja se nkunu qed naraw jew nisimgħu il-costings kollha tal-programm elettorali, s’issa ma smajt xejn jien, għajr għal xi wħud mill-proposti.”
Graziella Galea: “Infatti min-naħa tagħna ppublikajna l-programm elettorali.”
Quinton Scerri: “Kemm se jiswa l-programm elettorali?”
Graziella Galea: “Il-costings se jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin.”
Fuq ix-xandir kontinwament saru rimarki li n-nies se jibdew jivvutaw u għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista għadu bla costings.
Intqal:
Quinton Scerri: “Imma min se jmur jivvota għada, se jkun jaf kemm jiswa dan il-programm elettorali?”
Graziella Galea: “Nassigura lil kulħadd li l-costings lesti min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, kollha kemm huma lesti.”
Quinton Scerri: “Imma se tagħmluhom għada filgħodu għax għada kmieni jibda l-vot.”
Tul il-programm, il-kandidati Laburisti, Jonathan Attard u Rebecca Buttigieg spjegaw il-proposti tal-Partit Laburista, iżda meta mistoqsija dwar il-proposta tal-Partit Nazzjonalista, li tinvolvi li Malta tiddejjen man-nofs biljun ewro, ħareġ biċ-ċar li Graziella Galea ma kelliex idea lanqas fuq din il-wegħda.
Quinton Scerri: “Din tal-biljun ewro, kif ħa tkun qed titwettaq, x’investiment dirett u indirett ser tkun qed tħalli f’pajjiżna għaliex wieħed għandu jifhem il-proposta nnifisha.”
Graziella Galea: “Fil-fatt hemm għaxar setturi differenti eżempju nsemmi l-metaverse, it-3D, l-e-sports, video games, hemm ukoll eżempju d-distrett tal-isports, tisħiħ tas-settur tal-enerġija. L-iskop tagħna huwa fil-fatt li anka ninvestu ġewwa pajjiżna.”
Quinton Scerri: “Imma x’investiment dirett u indirett, iġifieri dan kollu kemm ħa jkun qed joħloq jobs pereżempju għal żgħażagħ li qed jinteressaw rwieħhom li jibdew jitħarġu f’dawn is-setturi. Nistgħu nikwantifikaw il-proposta nnifisha?”
Graziella Galea: “Fil-fatt bħala investiment ħa jkun hemm anka biljun ewro li ħa jiġu investiti.”
Quinton Scerri: “Però il-biljun ewro kif ħa jiġu investiti fi propjetà, edukazzjoni ġifieri x’ħa jkun hemm?”
Graziella Galea: “Hemm diversi filfatt investimenti li ħa jkunu qegħdin isiru.”
Galea tkellmet ukoll dwar l-enerġija u spiċċat tgħid li bħalissa, fi żmien ta’ gwerra u waqt kriżi tal-enerġija wara pandemija fejn rat pajjiżi jinżlu għarkubtejhom biż-żidiet fil-kontijiet, Malta setgħet tibbenefika minn prezzijiet aħjar, anki jekk f’Malta l-prezzijiet tal-enerġija nżammu stabbli.
Graziella Galea: “Fi żmiena kien hemm, fi żmien il-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern, nafu li kien hemm ukoll żieda fil-costings, żieda fil-prezz taż-żejt, u ovjament dak kien ifisser li aħna ma stajniex, irridu kemm irridu, innaqsu l-kontijiet tad-dawl u ilma.”
Jonathan Attard: “Illum huwa ogħla.”
Graziella Galea: “Illum hemm kuntratt li bih dan il-Gvern huwa marbut u jrid jibqa’ jħallas l-istess prezz li fil-fatt kien marbut iħallas. Li kieku m’hemmx dan il-kuntratt, nistgħu nibbenefikaw minn prezzijiet minn prezzijiet aħjar.”
Intant ma naqasx li t-taħwid jispiċċa wkoll fuq it-tramm li ma jridha ħadd fid-dinja ħlief il-Partit Nazzjonalista.
F’temp ta’ sekondi l-kandidati Nazzjonalisti lanqas qablu bejniethom minn fejn se tgħaddi t-tramm.
Charles Azzopardi: “Sejra ssir one lane, ħa jkun emendi tat-toroq bilfors. Jiġifieri ħa jitwessgħu it-toroq? Se jkun hemm emendi bilfors biex ikun hemm eventwalità li iva jitwessgħu ċertu toroq iżda żgur, żgur m’aħniex se mmorru u se mmissu dik l-art li hija ODZ.”
Quinton Scerri: “Imma kif se twessgħuhom it-toroq allura?”
Charles Azzopardi: “Aħna bħala Partit Nazzjonalista sejrin sena wara sena għal ħames snin wara xulxin nagħtu ħamest elef metru kwadru…”
Quinton Scerri: “Weġibni fuq din jekk se twessa’ triq partikolari, se twessaħha biex tagħmel it-tramm.”
Graziella Galea: “Il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li fejn hemm toroq diġa wesgħin, ħa jkun qed juża lane partikolari biex fil-fatt tintuża għalhekk.”