L-għada tal-Budget, il-Partit Nazzjonalista kompla fejn ħalla t-Tnejn filgħaxija, għamel siegħa jattakka u jkisser il-Budget.
Saħansitra sejjaħlu tat-teatrini.
“Ilbieraħ kellna Budget, ta’ sagħtejn u nofs, għalija teatrini, li ħela l-ħin tan-nies.”
Is-Sindku Nazzjonalista tas-Swieqi u kandidat tal-partit ta’ Bernard Grech baqa’ jsemmi t-teatrini u jgħid li l-Budget tal-miżuri soċjali u ambjentali kien bluff.
“Kulma smajna kienu teatrini, shows u bluff bħas-soltu. Kien qisu l-ewwel budget ta’ dan il-Gvern.”
Fil-konferenza tal-aħbarijiet tkellmet ukoll il-kelliema għall-Ekonomija Kristy Debono li bħal Bernard Grech infexxet tgħid hekk.
“Għal darb’oħra għandna Budget fl-arja.”
Skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-Gvern għajja.
“Il-Gvern ilbieraħ għoġbuni jippreżetalna Budget għal-lum biss.”
“Dan il-Gvern għajja, mifxul u ma jafx fejn sejjer.”