F’kampanja elettorali, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech kompla jixhed in-nuqqas ta’ pjan għal bosta setturi, fosthom dak tal-isport.
Dan ħareġ biċ-ċar f’dibattitu politiku fuq TVAM, fejn il-Kandidat Nazzjonalista Christian Micallef, anke meta mistoqsi mill-Ministru Clifton Grima, ma kienx jaf kif se jwieġeb dwar il-costings tal-wegħdiet.
Il-Ministru Grima staqsa, “Kemm ser tagħtu lill-Kumitat Olimpiku Malti?
Christian Micallef wieġeb, “Aħna għidna li dawn l-ammonti se nżiduhom.
Grima reġa’ staqsa, “Kemm ser tagħtu?”
Micallef qal, “Aqra sew”
Fid-dibattitu, il-Kandidat Nazzjonalista Christian Micallef baqa’ jħawwad ukoll dwar il-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista dwar l-isport.
Micallef qal, “Din proponejniha aħna stat ta’ fatt li kkupjata, però naqblu magħha u nirikonoxxu li għamluha tajjeb.”
Clifton Grima rrimarka, “Importanti li nitkellmu fuq il-fatti, kien Gvern Laburista illi l-players u coaches ir-rata ta’ taxxa tagħhom niżżilha għal 7.5%.
Micallef qal, “Għandu raġun.”
Clifton Grima stqarr, “Issa qed ngħidu li din ħa nestenduha għal aktar impjiegi illi huma marbuta mal-isport.”
Christian Micallef qal, “Wara li għidniha aħna, ikkupjata”
Clifton Grima rrimarka, “Kollox ikkupjat.”
Il-Ministru Clifton Grima qal kif kien Gvern Laburista li fis-snin li għaddew investa bis-sħiħ fil-qasam sportiv ta’ pajjiżna, anke fejn tidħol l-inklussività.
Grima sostna, “L-Ispecial Olympics illum il-ġurnata hija realtà, minn għaqda li kienet żgħira kibret, iffjorixxiet u qed tagħti tama ta’ inklussività, bl-istess mod li qed nagħmlu anke mal-Paraolympics li llum il-ġurnata hemm kwota allokata propju għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport, hemmek qed nitkellmu dwar iż-żgħażagħ li jipprattikaw dawn id-dixxiplini differenti.”