Il-vaċċin tal-Covid-19 jidher li qed ikun sors ieħor ta’ inkonsistenza għall-Partit Nazzjonalista hekk kif il-Ħadd filgħodu, il-Kap Nazzjonalista għamel U-turn dwaru.
Waqt attività politika fid-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li qed iħares ‘il quddiem sabiex mill-aktar fis possibli l-vaċċin ikun f’pajjiżna.
Hu qal, “Irridu nħarsu ‘l quddiem u nkomplu nħarsu biex naħdmu ħalli l-Covid u l-vaċċin tal-Covid mill-aktar fis possibbli jkun f’pajjiżna.”
Dan qalu wara li ftit tal-jiem ilu, l-Oppożizzjoni ma ġerħitx il-fatt li l-vaċċin huwa wara l-bieb u sostniet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.
Meta l-ġurnalist qal, “Il-pandemija qiegħda magħna, issa qed nisimgħu li ġej il-vaċċin ovvjament nistennew xi kummenti jew proposti minn dan il-kumitat.”
Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni, Maria Deguara stqarret, “Il-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.”
Intant f’diskors mill-aktar negattiv u sinonimu mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech qal li l-Gvern ma jistax jibqa’ jwaħħal fil-pandemija Covid-19 dwar l-impatt negattiv li qed isofri s-settur tat-turiżmu f’pajjiżna.
Minkejja l-miżuri kbar ta’ għajnuna fosthom il-Covid Wage Supplement li salva eluf ta’ negozji u anke l-vouchers li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jitqassam it-tieni rawnd tagħhom, Bernard Grech qal li l-Gvern ma qed jagħmel xejn.
Grech sostna, “Ma nistgħux nibqgħu nwaħħlu fil-Covid-19. Ma nistgħux nibqgħu nwaħħlu fil-Covid-19 u ma nagħmlu xejn.”