Wara li ilu għal dawn l-aħħar 3 ġimgħat mistoħbi minħabba l-iskandlu tal-pagi, illum Simon Busuttil bagħat lill-Viċi Kap tiegħu Beppe Fenech Adami jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fuq allegazzjonijiet fejn l-ewwel ibbażaw allegazzjoni fuq ittra anonima u issa jridu jkunu jaf min huma n-nies involuti, liema involviment se joħroġ ċar mill-inkjesta li ħatar il-Gvern.
Il-Partit Laburista spjega li l-unika ħaġa li ma semmiex darba Fenech Adami, kienet l-inkjesta dwaru li fiha hemm il-fatti, fosthom, il-fatt li x’ħin ħareġ ismu u l-involviment tiegħu fil-kumpanija Capital One, waqfet investigazzjoni tal-Pulizija.
L-istqarrija tal-Partit qalet li minħabba din l-inkjesta beda attakk sistematiku fuq il-Viċi Kap l-ieħor biex illum huwa ċar li l-unika emerġenza li teżisti hija tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qed jara l-Partit tiegħu jaqa’ biċċiet.