Il-Partit Laburista qal li hu tassew ironiku li min ma kienx kapaċi jikseb kontroll ta’ grupp ta’ 27 ruħ fi ħdanu jrid jitkellem fuq il-kontroll tal-pajjiż. Dan billi saħansitra juża ċirkostanzi li jekk xejn huma l-ikbar xhieda ta’ kemm il-forzi tal-ordni u awtoritajiet oħra jaġixxu kull fejn u kull meta jkun hemm il-ħtieġa.
“Fuq kollox, il-lingwaġġ tal-Partit Nazzjonalista huwa lingwaġġ inkonsistenti. Għalhekk ma jistax ikun kredibbli jew jittieħed bis-serjetà”, kompliet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista temmet tgħid li “Mhux ta’ b’xejn li fl-aħħar jiem anke fuq is-suġġett tal-immigrazzjoni l-fazzjonijiet differenti fil-PN spiċċaw jagħtu ma’ xulxin”.