L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista kixfet kif anke f’dan il-każ mhux fil-ġustizzja hu nteressat iżda li jilgħab il-logħob partiġjan. Filwaqt li l-Prim Ministru tenna l-fiduċja tiegħu fil-Maġistratura u sostna kif jemmen bis-sħiħ li din l-inkjesta għandha tingħata prijorità biex issir ġustizzja fil-każ tal-mewt traġiku ta’ Jean Paul Sofia.
Dan għax min hu responsabbli jrid jiffaċċja l-ġustizzja u jitressaq il-Qorti biex iwieġeb għal għemilu. Ħasra li l-Oppożizzjoni ma ngħaqditx f’dan l-appell.
Dwar ir-riżorsi lill-Qrati tagħna, il-Partit Nazzjonalista ftit jista’ jagħti tagħlimiet lill-Gvern Laburista. Dan għax kien dan il-Gvern li mhux biss bidel il-mod kif tinħatar il-ġudikatura, imma ta r-riżorsi biex għandna l-ikbar Korp tal-Ġudikatura, filwaqt li ffirma ftehimiet kollettivi ġodda għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati.
Għal li ġej, hemm iktar riformi anke kif imwiegħed fil-manifest Malta Flimkien.