Fi Franza saru t-tieni rawnd t’elezzjonijiet reġjonali, bil-Partit tal-Lemin estrem li hu mmexxi minn Marine Le Pen falla milli jirbaħ il-maġġoranza f’uħud mir-reġjuni.
Anke l-Partit Ċentrali mmexxi mill-President attwali Emmanuel Macron sofra minn riżultat ħżiena. Din kienet l-ewwel darba li l-Partit tiegħu ħa sehem f’dawn l-elezzjoni reġjonali, hekk kif il-partit kien għadu mhux iffurmat fl-2015, is-sena li saru l-aħħar dawn l-elezzjonijiet.
Le Pen kellha t-tama li tirbaħ wieħed mir-reġjuni meqjusa importanti għall-ewwel darba, fi sforz biex iżżid il-possibilità li tirbaħ l-elezzjoni presidenzjali li se ssir is-sena d-dieħla. Madanakollu, il-Partit tagħha falli milli jagħmel dan.
Le Pen akkużat lir-rivali tagħha illi ffurmaw alleanzi kontriha biex hi u l-Partit tagħha ma jiħdux il-poter ta’ Franza.