Fi stqarrija, il-Partit Laburista saħaq li fil-Gvern, hu wettaq numru kbir ta’ miżuri ambjentali u se jkompli jimplimenta aktar miżuri biex issaħħaħ il-protezzjoni ambjentali fuq l-art u l-baħar.
Din l-istqarrija tiġi wara li fi stqarrija separata, il-Partit Nazzjonalista ħareġ jikkritika pjan t’azzjoni nazzjonali dwar il-biodiversità, mingħajr ma anqas biss indenjaw ruħhom jaqraw l-istrateġija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istqarrija tal-Partit Laburista temmet tgħid li l-Partit Nazzjonalista iparla ħafna imma jibqa’ ma jgħid xejn fuq x’se jagħmel, u sadanittant, it-track record negattiv tal-Oppożizzjoni, jitkellem waħdu.