Il-Kummissjoni Elettorali kkonfermat ir-reġistrazzjoni tal-Partit Laburista bħala partit politiku. Dan wara li fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-Partit Laburista ressaq l-emenda fl-istatut li kienet meħtieġa biex isir dan. Ħabbar dan il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Gino Cauchi, fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Cauchi spjega li kien ippreżentat ukoll ir-rendikont tad-donazzjonijiet u l-kontijiet awditjati lill-Kummissjoni Elettorali.
Il-Partit Laburista kien l-ewwel partit li ma jirreġistra mal-Kummissjoni Elettorali wara li dan il-gvern daħħal il-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Iżda, kien hemm bżonn emenda fl-istatut li kien hemm qbil li ssir fl-ewwel okkażjoni. Din kienet il-Konferenza Ġenerali li ltaqgħet din il-ġimgħa.