Skont iċ-ċifri indikattivi tal-Partit Laburista huwa stmat li l-Partit Laburista rebaħ tmien distretti elettorali minn tlettax.
Skont dawn iċ-ċifri, fl-Ewwel Distrett, il-Partit Laburista kiseb kważi wieħed u sittin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb ftit aktar minn sebgħa u tletin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190250/1-2-1024x684.jpg)
Fit-Tieni Distrett, il-Partit Laburista ġab iżjed minn sebgħin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb ftit aktar minn sebgħa u għoxrin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190303/2-1024x700.jpg)
Fit-Tielet Distrett huwa stmat li l-Partit Laburista ġab kważi disgħa u sittin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista huwa stmat li ġab kważi disgħa u għoxrin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190314/3-1024x686.jpg)
Fir-Raba’ Distrett huwa stmat li l-Partit Laburista ġab sebgħa u sittin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab tletin fil-mija tal-voti.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190327/4-1-1024x694.jpg)
Fil-Ħames Distrett huwa stmat li l-Partit Laburista ġab kważi ħamsa u sittin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab ftit iżjed minn tnejn u tletin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190339/5-1024x687.jpg)
Fis-Sitt Distrett qed ikun stmat li l-Partit Laburista ġab wieħed u sittin fil-mija tal-voti, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab inqas minn sebgħa u tletin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190350/6-1024x685.jpg)
Fis-Seba’ Distrett, il-Partit Laburista huwa stmat li ġab kważi ħamsa u sittin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab ftit iżjed minn wieħed u erbgħin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190402/7-1024x687.jpg)
Fit-Tmien Distrett, huwa stmat li l-Partit Laburista ġab iżjed minn sitta u erbgħin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab kważi wieħed u ħamsin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190439/8-1024x686.jpg)
Fid-Disa’ Distrett, il-Partit Laburista huwa stmat li ġab aktar minn tnejn u erbgħin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab iktar minn erbgħa u ħamsin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190453/9-1024x688.jpg)
Fl-Għaxar Distrett huwa stmat li l-Partit Laburista ġab iżjed minn erbgħin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab kważi sitta u ħamsin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190509/10-1024x688.jpg)
Fil-Ħdax-il Distrett il-Partit Laburista huwa stmat li ġab erbgħa u erbgħin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab iżjed minn tnejn u ħamsin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190521/11-1024x689.jpg)
Fit-Tnax-il Distrett huwa stmat li l-Partit Laburista ġab aktar minn disgħa u erbgħin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab kważi tmienja u erbgħin fil-mija, iżda ċ-ċifri indikattivi ma jagħtu ebda ċertezza min rebaħ dan id-distrett sa issa.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190533/12-1024x686.jpg)
Fit-Tlettax-il Distrett, huwa stmat li l-Partit Laburista ġab kważi erbgħa u ħamsin fil-mija, waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab ftit iżjed minn erbgħa u erbgħin fil-mija.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/03/27190547/13-1024x700.jpg)