Il-Partit Laburista se jfakkar il-45 anniversarju minn Jum il-Ħelsien nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu fis-6:30pm.
Din iċ-ċerimonja annwali se ssir Xatt ir-Risq, il-Birgu, biswit il-monument li jfakkar din il-kisba storika li seħħet fil-31 ta’ Marzu tal-1979.
Din iċ-ċerimonja, li qed issir ftit qabel il-jum storiku tal-31 ta’ Marzu, li se jaħbat Jum l-Għid il-Kbir, se tiġi indirizzata mill-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela.
L-istess data tas-26 ta’ Marzu li ġej timmarka t-tieni anniversarju mindu l-Partit Laburista taħt it-tmexxija tal-istess Robert Abela kiseb l-akbar rebħa elettorali fl-istorja ta’ pajjiżna.