Id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem fil-każ Stitching turi li għal darb oħra l-Partit Laburista kien fuq in-naħa tajba tal-istorja.
Meta l-Partit Laburista, mill-Oppożizzjoni, kien qed jiġġieled kontra ċ-ċensura, inkluż f’dan il-każ, kien hemm min prova jżebilħu nkluż b’qerq u nuqqas ta’ verità. Dan bħalma qed jiġri llum fil-każ tal-IVF.
Iżda, f’pajjiż li qed ilesti għal għada ċ-ċensura ma setgħetx tibqa’ parti minnu u kien Gvern Laburista li neħħa ċ-ċensura. Jekk xejn prova kbira oħra ta’ kemm dan il-gvern ħadem bis-serjetà għal-libertà tal-kelma.
Min illum irid jitkellem dwar il-libertà tal-kelma dakinhar kien ma’ min ried iċ-ċensura. Għalhekk ma jistax ikun kredibbli. Fuq kollox dan hu każ ieħor li juri li bl-għażliet tiegħu l-Partit Laburista kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.