It-tlettax-il Distrett, jiġifieri id-Distrett ta’ Għawdex intrebaħ mill-Partit Laburista b’51.23%. Dan ifisser li l-Partit Laburista ġab total ta’ 13,233 vot. Fl-2013, il-Partit Laburista kien ġab 49.10% tal-voti f’dan id-Distrett, jiġifieri f’din l-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista ġab 922 vot aktar.
F’dan id-distrett, li wasal fit-tieni għadd, kien elett Anton Refalo b’4,853 vot. Segwit Justyne Caruana bi 3,189 vot u Clint Camilleri 2,466 vot. Għall-Partit Nazzjonalista kien elett Chris Said b’4,642 vot u ssegwih hemm Marthese Portelli b’2,622 vot.