Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li l-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni b’rebħa storika ta’ 55.04% jiġifieri b’35,280 vot. Dan ifisser li l-Partit Laburista kompla jżid aktar voti dan hekk kif l-aħħar elezzjoni ntrebħet b’35,107 vot.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Twitter qal li huwa sodisfatt li l-Partit laburista kompla żied il-maġġoranza. Huwa qal li din hija rebħa storika oħra wara dik tal-2013, “l-ewwel darba f’41 sena li l-Partit Laburista rebaħ żewġ elezzjonijiet konsekuttivi.
Humbled by confirmation of increased majority. Together we got 2 best results in history, first consecutive wins for @PL_Malta in 41y -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) June 5, 2017