Fil-qalba kummerċjali ta’ Tas-Sliema s-Sibt filgħodu l-kandidati Laburisti li ser jikkontestaw l-għaxar distrett akkumpanjati mid-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, Chris Fearne żaru diversi stabbilimenti Slimiżi li laqgħuhom b’idejhom miftuħa.
Huma wrew il-gratitudni tagħhom lejn il-Gvern talli kien ta’ spalla għalihom matul żmien ta’ sfida u kriżi globali.
Huma u jterrqu toroq popolari ma’ bosta, l-kandidati Laburisti ltaqgħu ma’ diversi persuni li bi ħġarhom qasmu magħhom l-aktar mumenti li laqtuhom matul din il-kampanja elettoral pożittiva mill-Partit Laburista.
Fost id-diversi miżuri li wettaq Gvern Laburista matul dawn is-snin, spikkaw kliem ta’ tifħir għall-ħidma li twettqet matul il-pandemija b’mod partikolari fix-xiri tal-vaċċin.
B’sens ta’ kburija bosta stqarrew li ħadu d-dożi kollha tal-vaċċin kontra l-Covid-19 biex flimkien nipproteġu lill-komunità.
L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-kandidati flimkien komplew ixerrdu l-messaġġ u l-għajta ewlenija ta’ Malta Flimkien.