Il-Ħadd filgħodu d-Deputat Prim Ministru u d-Deputat Mexxej għall-Affarijier tal-Parlament tal-Partit Laburista u l-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard, flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista fuq it-tielet distrett sebħu f’Marsaxlokk jiltaqgħu man-nies.
Membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mal-kandidati żaru l-monti u ltaqgħu wkoll mal-bejjiegħa fir-raħal pittoresk tas-sajjieda.
Fost il-kliem li spikka waqt l-laqgħat man-nies kien hemm dawk ta’ sodisfazzjon għall-għajnuna kollha li offra l-Gvern tul il-pandemija.
Ġiet irrimarkata wkoll it-tmexxija ta’ pajjiżna mill-att ta’ saħħa pubblika biex illum ninsabu dejjem eqreb lejn normalità sħiħa.
Il-Partit Laburista tkellem man-nies dwar il-proposti li qed iressaq għall-futur ta’ pajjiżna.
L-amministrazzjoni u l-kandidati żaru wkoll l-istabbiliment fl-inħawi fejn hemmhekk tkellmu wkoll ma’ dawk li għażlu jqattgħu jum il-Ħadd b’xi ħaġa tajba tal-ikel quddiemhom.