Is-Sibt filgħodu l-Partit Laburista sebaħ man-nies fil-pjazza tar-Rabat biex ikompli jiltaqa’ u jidjaloga mar-residenti u l-ħaddiema.
Dan qed isir fi sfond ta’ Konferenza Ġenerali bit-tema ‘Insaħħu Malta Tagħna’ li se tilħaq il-qofol tagħha l-Ħadd bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f’Dar il-Meditteran għall-Konferenzi l-Belt Valletta.
L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, fosthom id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef daħal f’diversi ħwienet u restoranti fejn tkellem ma’ diversi ħaddiema dwar il-ġurnata tax-xogħol tagħhom.
Preżenti fost id-Deputati Laburisti kien hemm il-Membru Parlamentari Katya De Giovanni biex, waqt li jitkellmu, fuq kollox jisimgħu mingħand in-nies.