It-Tnejn filgħodu l-Partit Laburista kompla bil-laqgħat man-nies.
Dan hekk kif il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi, flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista fuq il-ħdax-il distrett żaru l-lokalità tal-Mosta.
Hawnhekk żaru l-komunità kummerċjali, fosthom il-monti, fejn kien hemm in-nies jixtru u jagħmlu l-qadi tagħhom.
L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-kandidati tkellmu man-nies, fejn deher is-sentiment pożittiv min-naħa tal-bejjiegħa, hekk kif issa riesqa rebbiegħa pożittiva.
Dan hekk kif il-miżuri restrittivi mill-pandemija dejjem qed jonqsu, minħabba li għaddej il-pjan li jitneħħew il-miżuri restrittivi kollha tal-imxija.
Hawnhekk l-ammistrazzjoni tal-Partit Laburista, flimkien mal-kandidati kellhom ċans jispjegaw il-proposti li qed jippreżenta quddiem il-poplu Malti u Għawdxi.
Dawn intlaqgħu b’mod pożittiv, speċjalment it-tnaqqis fit-taxxi għan-negozji u anki t-twessigħ tat-tax bands għall-ħaddiema.