Aktar kmieni dalgħodu, il-Partit Laburista sebaħ man-nies f’Ħaż-Żabbar, fejn bosta membri tal-Eżekuttiv, membri Parlamentari, u kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsill Lokali, terrqu l-monti f’Misraħ is-Sliem kif ukoll bosta ħwienet u stabbilimenti matul it-triq.
Matul il-mixja fost in-nies, ma setax jonqos ir-rikonoxximent lejn l-impenn ta’ Gvern Laburista, kemm għal dak li qed isir f’pajjiżna, kif ukoll għall-kampanja elettorali bl-isem ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, b’mod speċjali għall-manifest b’numru ta’ proposti għal kull lokalità f’pajjiżna.
Il-messaġġ ewlieni mill-amministrazzjoni Laburista kien wieħed ċar, biex nhar it-8 ta’ Ġunju li ġej, ilkoll naqdu d-dmir tagħna u noħorġu nivvutaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.