Il-Partit Laburista sebaħ fost iż-Żebbuġin, b’numru ta’ kandidati Laburisti għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali u tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu man-nies tal-lokal, fosthom dawk li nzertaw għaddejjin fuq il-monti.
Dan bħala parti mill-kampanja, bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin,’ fejn permezz ta’ opportunitajiet bħal dawn, in-nies tal-lokal ikollhom iċ-ċans jiddiskutu l-ħsibijiet tagħhom dwar temi kurrenti.
Fost dawk preżenti kien hemm ukoll il-Ministru Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said, li tkellmu wkoll mal-kostitwenti preżenti u, flimkien mal-kandidati, ħeġġew lil dawk kollha preżenti biex jaħsbu għall-ġejjieni tal-lokalità tagħhom u tal-pajjiż u fit-8 ta’ Ġunju jivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.