Fl-Awstralja, il-Partit Laburista tal-Prim Ministru Anthony Albanese rebaħ l-elezzjoni ġenerali, li saret tul il-jum tas-Sibt.
F’din l-elezzjoni, il-Partit Laburista ġab maġġoranza ta’ 86 siġġijiet fil-Parlament.
Fl-ewwel diskors tiegħu f’Sydney, wara li reġa’ ġie elett bħala Prim Ministru, Anthony Albanese qal li l-poplu Awstraljan għażlu l-ottimiżmu fuq in-negattività. Sostna li hu jinsab ippreparat biex jaħdem u jaffaċċja l-isfidi globali.
Tul il-kampanja tiegħu, Albanese tkellem dwar politika aktar soċjali u għalhekk tkellem ħafna favur id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, it-tibdil fil-klima u anke il-gwerra fil-Lvant Nofsani.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Konservattivi Chris Dutton aċċetta dan ir-riżultat, li sejjaħ bħala diżappuntanti.
Sadanittant, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Ian Borg, fuq il-midja soċjali awgura lill-Prim Ministru Anthony Albanese u l-Partit Laburista Awstraljan, filwaqt li qal li jħares ’il quddiem għal aktar kollaborazzjoni u ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi.
Is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista John Grech feraħ lill-Partit Laburista Awstraljan, wara telefonata li kellu mal-Membru Parlamentari Hugh McDermott.