Bosta laqgħu l-ewwel proposti li ħabbar fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.
F’laqgħa li l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-kandidati Laburisti kellhom man-nies f’Raħal Ġdid, issemmew proposti pożittivi li se jkomplu jtejbu ħajjet in-nies.
Issemmew il-mediċini b’xejn li Gvern Laburista ġdid qed iwiegħed li jagħti lill-anzjani kollha, żidiet amibizzjużi oħra lill-pensjonanti u tnaqqis fit-taxxa tal-ħaddiema u n-negozji.
Il-Partit Laburista permezz ta’ fost oħrajn id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej Chris Fearne, il-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard u l-Kap Eżekuttiv George Azzopardi ltaqgħu man-nies, numru ta’ ħaddiema u anke sidien tan-negozji f’Raħal Ġdid.
Il-Partit Laburista dejjem kien viċin in-nies, fil-fatt il-Prim Ministru stess qal li l-manifest li se jressaq il-Partit Laburista quddiem l-elettorat Malti u Għawdxi se jkun imnebbaħ mill-ideat li resqu ’l quddiem in-nies.
Il-kandidati, li l-lista tvarja minn kandidati stabbiliti u oħrjan ġodda, xhieda ta’ partit li jiġġedded u jħares lejn il-futur, tkellmu man-nies li t-Tnejn filgħodu kienu f’Raħal Ġdid.
Partit li hu viċin in-nies u baqa’ anke fi żmien ta’ sfida li għaddejna minnhom fl-aħħar sentejn.
Din kienet evidenti wkoll waqt din iż-żjara, hekk kif bosta, fosthom anzjani rringrazzjaw lil Gvern Laburista li fi żmien ta’ pandemija, kien ta’ spalla għalihom.