Il-Partit Laburista kompla bil-laqgħat man-nies fil-qalba tal-irħula ta’ pajjiżna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan hekk kif il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi u l-kandidati tal-Ewwel Distrett żaru l-lokalità tal-Ħamrun.
Hawnhekk dawn żaru l-ħwienet fi Strada Rjali, fejn anki żaru ż-żewġ każini tal-baned ewlenin f’din il-lokalità.
L-amministrazzjoni flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista kellhom iċ-ċans jitkellmu man-nies.
Hawnhekk in-nies laqgħu l-proposta tal-Partit Laburista dik li titwaqqa’ l-fabbrika tal-ħalib u flokha jkun hemm spazju pubbliku għal Ħamruniżi u dawk tal-madwar.
Dan bħala parti minn investiment ta’ seba’ mitt miljun ewro fi żmien seba’ snin f’żoni pubbliċi qrib id-djar tan-nies.