It-Tlieta filgħodu, il-Partit Laburista kompla bil-laqgħat man-nies.
Dan hekk kif il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi, flimkien mal-kandidati tat-tieni distrett elettorali żaru l-belt ta’ Bormla.
Hawnhekk l-amministrazzjoni flimkien mal-kandidati żaru l-monti, fejn kellhom iċ-ċans jitkellmu man-nies li kien qed jagħmlu xi qadja u anki l-bejjiegħa tas-suq.
Hawnhekk l-amministrazzjoni flimkien mal-kandidati ddiskutew man-nies il-proposti tal-Partit Laburista lejn futur sabiħ.
Il-Bormliżi laqgħu l-fatt li ż-żona bejn Bormla u l-Isla se jkun qed isir spazju pubbliku, fejn anki se jsir parkeġġ taħt dan l-ispazju li se jkun miftuħ għall-familji.
Il-Bormliżi u anki nies oħra mill-inħawi tal-Kottonera tkellmu wkoll dwar ir-riġenerazzjoni li seħħet u għadda għaddejja fil-Kottonera.