L-Erbgħa filgħodu l-Partit Laburista kompla jiltaqa’ man-nies.
Dan hekk kif il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi, flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista fuq it-tmien distrett żaru l-lokalità ta’ Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hawnhekk żaru s-suq ta’ Birkirkara fejn tkellmu mal-bejjiegħa u man-nies li kienu s-suq.
Is-sentiment qalb il-bejjiegħa kien wieħed pożittiv, hekk kif issa riesqa rebbiegħa pożittiva.
Hawnhekk l-amministrazzjoni u l-kandidati Laburisti spjegaw il-proposti li qed jippreżenta l-Partit Laburista quddiem il-poplu Malti u Għawdxi.