Hekk kif bdew joqorbu l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, Simon Busuttil reġa’ beda jitkellem u tenna li hu tilef elezzjoni mhux bis-sewwa. F’diversi dikjarazzjonijiet li għamel f’intervista li ta, hu tefa’ dubji u qal li l-Partit Laburista, li għalih ivvotat l-akbar maġġoranza tal-poplu fl-istorja, Simon Busuttil qal li l-Partit Laburista ma rebaħx il-fiduċja.
“Il-Partit Laburista ma rebaħx il-fiduċja, xtraha l-fiduċja.”
L-eks Kap tal-PN Simon BusuttilREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’diskors solitu tiegħu qal li l-Pulizija trid tarresta lin-nies Laburisti.
“Mid-Depot tal-Pulizija li mhux qed jagħmlu xogħolhom lin-nies tal-Partit Laburista.”
L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil
F’intervista ta’ siegħa u kwart tkellem ukoll dwar il-gwerra u min għandu jibgħat lin-nies għall-gwerra. Filwaqt li qal li Malta mhix newtrali, qal li rridu nbeżżgħu lir-Russja.
“Ħa nieħdu d-difiża bis-serjetà biex aħna r-Russja tibża’ minnha.”
L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil
Imbagħad spiċċa jitkellem fuq it-tankijiet tal-gwerra u l-ispare parts tagħhom.
“Ta’ tankijiet tal-gwerra. Fl-Ewropa għandek kważi għoxrin. Mela mbagħad għall-ispare parts, tankijiet tal-gwerra li ma tixtrihomx €10, għandek problema. Terġa’ t-tankijiet tal-gwerra qegħdin imxerrdin ma’ 27 pajjiż.”
L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil
Busuttil, magħruf kemm il-fazzjoni tiegħu hi l-wild tal-establishment, l-istess għeruq wara l-Kap Bernard Grech, intilef b’eloġju favur Gonzi.
“Lawrence Gonzi ħadd mhu kapaċi jagħmel daqshekk fuqu.”
L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil
F’xi waqtiet Busuttil u Gonzi kienu kważi identiċi.
Busuttil: “Issa hemm Mirko u jara hu.”
Preżentatur: “Kumbinazzjoni meta intervistajt lil Dr Gonzi tani risposta simili.”
Busuttil: “Veru?”
Simon Busuttil kien mistoqsi wkoll dwar in-nies li kien ikollu quddiemu meta kien Kap.
“U l-età tan-nies ta’ quddiemi, għax inti tarahom in-nies ta’ quddiemek forsi kienet 65, 70, 75 u ngħid il-aħwa tiegħi.”
L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil