F’korrispondenzi mal-Ambaxxatur Spanjol għal Malta, Josè Maria Muriel Palomino u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Soċjalista Spanjol, Hana Jalloul Muro, il-Partit Laburista Malti wera s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Spanjol kawża tal-għargħar devastanti li laqtu partijiet kbar tal-pajjiż fl-aħħar jiem u ħalla mijiet ta’ persuni mejta u oħrajn li għadhom irrapportati neqsin.
Waqt li ta l-kondoljanzi lill-pajjiż Ewropew, f’żewġ ittri separati, iffirmati mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba u s-Segretarju Internazzjonali John Grech, il-Partit Laburista offra l-għajnuna tiegħu għall-komunitajiet ta’ Valenzia, Castilla La Mancha u r-reġjuni fin-Nofsinhar ta’ Andalucia, li ntlaqtu l-agħar fil-maltemp.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI