Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta’ Tony Preca, artist ta’ talent u raġel ta’ impenn.
Għal snin twal, kien jippubblika karikaturi f’“Il-Ħelsien” meta dan reġa’ beda joħroġ fis-sena 1987. Kien hu wkoll li ddisinnja l-format għall-ġurnal Laburista li beda jinħareġ wara “Il-Ħelsien” – “il-Kullħadd”.
Il-Partit Laburista jibgħat il-kondoljanzi lill-qraba u dawk kollha viċin tiegħu.