Il-Partit Laburista sellem il-memorja tal-Viċi Sindku tal-Gudja, John Mary Calleja.
Huwa serva għal tnejn u għoxrin sena bħala Sindku tal-lokal u għal dawn l-aħħar tliet snin bħala Viċi Sindku fil-kunsill tal-Gudja.
Matul dawn is-snin, John Mary Calleja ħadem bis-sħiħ għall-ġid tar-raħal u tal-komunità Gudjana.
Il-Funeral tiegħu ser isir nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar fil-Parroċċa Arcipretali tal-Gudja fis-satgħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar.
Il-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi lill-familja u lil dawk l-aktar qrib tiegħu.