Is-Sibt filgħodu, il-Partit Laburista sebaħ fost in-nies fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid sabiex ikompli bit-tema “Is-Saħħa lill-Maltin”.
Deputati Parlamentati, kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Lokali tkellmu u tħaddtu man-nies lokali fil-pjazza sabiħa tal-lokal, fejn dawk preżenti wrew l-apprezzament tax-xogħol li qed isir f’din il-kampanja elettorali.
Ftit ġimgħat ’il bogħod mill-appuntament elettorali tat-tmienja ta’ Ġunju, il-Partit Laburista kompla jispejga l-viżjoni tiegħu għall-futur ta’ pajjiżna u tal-lokalità.
Il-messaġġ biex, nhar it-8 ta’ Ġunju, kulħadd jappoġġja lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista kompla jidwi fost il-Pawlisti preżenti.