Il-Partit Laburista sar uffiċjalment membru sħiħ fi ħdan Socialists International. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Partit Laburista.
F’ittra indirizzata lis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, John Grech, il-kordinatur ġenerali ta’ Socialists International, Chantal Kambiwa, esprimiet sodisfazzjon u saħqet li l-Partit Laburista Malti huwa sieħeb dinamiku li jista’ jagħti kontribut importanti ħafna fit-tixrid tal-valuri ta’ din l-organizazzjoni, b’mod partikolari fir-reġjun tal-Mediterran.
Kambiwa temmet tgħid li qed tħares ‘il quddiem biex Socialists International taħdem id f’id mal-Partit Laburista filwaqt li tinsab ħerqana li tilqa’ l-ideat u s-suġġerimenti tal-Partit Laburista.
Dwar dan ikkummenta s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista John Grech.
“Iżda aħna mhux kuntenti li nkunu biss osservaturi fuq livell internazzjonali, imma li nkunu pijuniera ukoll, u m’għandix dubju li bil-politika li wassalna tul dawn l-aħħar snin flimkien, politika li ġabet tant ġid u ġabet rebħiet elettorali għall-Partit Laburista, aħna se nkunu qegħdin kemm ngħinu Partiti Soċjalisti barranin, il-fuq minn mitt Partit Soċjalist barra minna Malta mhux fl-Ewropa biss imma madwar id-dinja kollha u se nkunu qegħdin nibbenefikaw magħha ukoll aħna minna minn din il-partnership, ukoll aħna.”
Segretarju Internazzjonali, John Grech