L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mad-Deputati tad-distrett illum niżlet fil-monti tal-Birgu biex titkellem man-nies u tisma’ x’għandhom jgħidu. Dan biex il-Partit Laburista jkompli jkun viċin tan-nies u jkompli jkun il-vuċi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Dawn iż-żjarat huma marbuta ma’ erba’ snin ta’ Gvern Laburista, u għalhekk is-sentiment tal-pubbliku huwa importanti biex wieħed jifhem kif il-poplu Malti qed jibbenefika mill-miżuri introdotti fl-aħħar erba’ snin u x’jixtiequ li jsir aktar.
Fost in-nies inħass sentiment pożittiv li fil-maġġoranza tagħhom stqarru li huma kuntenti bit-tmexxija ta’ Gvern Laburista. Dawn iż-żjarat se jkunu qed ikomplu fil-ġranet li ġejjin.