Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal kif l-Erbgħa filgħodu rċieva l-ittra tar-riżenja ta’ Chris Cardona minn Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.
Il-Partit Laburista, f’din l-istqarrija rringrazzja lil Cardona għall-ħidma politika li wettaq b’leatà tul is-snin fi ħdan l-istrutturi tal-partit, fosthom fil-kariġa ta’ Deputat Mexxej tal-Partit li serva mill-2016.
Il-Partit Laburista qal kif issa jħares ’il quddiem għal proċess elettorali sabiex jiġi maħtur Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit.
https://www.one.com.mt/2020/06/17/chris-cardona-baghat-l-ittra-tar-rizenja-minn-deputat-mexxej-tal-pl-u-l-kariga-se-timtela-flulju-il-pm/