Il-Partit Laburista wkoll ipparteċipa fl-inizjattiva ‘Rigal bi Mħabba’, hekk kif illum hu l-aħħar jum biex wieħed ipoġġi r-rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.
Dan bil-għan li t-tfal kollha jirċievu xi ħaġa sabiħa f’dan iż-żminijiet ta’ festi. Inizjattiva li daħlet fir-raba’ edizzjoni tagħha u qed issir minn mart il-Prim Ministru Lydia Abela u bintha Giorgia Mae.
F’isem il-Partit Laburista marru jpoġġu r-rigali d-Deputat Mexxej Daniel Micallef, il-President Ramona Attard, il-Viċi President Louis Gatt, is-Segretarju Organizattiv William Lewis u s-Segretarju tal-Eżekuttiv Catherine Fenech.
Wieħed għad baqalu ċans ipoġġi r-rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja sas-sebgħa ta’ filgħaxija.