Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza għal darb’oħra fil-lokalità tal-Imtarfa.
Għal din il-lokalità ġie elett Sindku Daniel Attard, b’Kyle Mifsud ġie elett bħala Viċi Sindku.
Il-Partit Laburista eleġġa tliet kandidati; Daniel Attard, Kyle Mifsud u Marica Sammut Dimech filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista ġew eletti Paul Fenech Simon u Anton Mifsud.