Fi stqarrija, il-Partit Laburista kkundanna l-allegazzjoni serja li għamel ix-Shadow Minister tal-Ġustizzja Karol Aquilina meta llejla fil-Parlament qal li l-Gvern qed jagħmel l-emendi fl-inkjesti maġisterjali biex ikun jista’ joqtol lil xi ħadd.
Fl-ebda ħin Karol Aquilina ma ssostanzja dak li qal. Il-Partit Labursita rrimarka li dan il-gideb ma jagħmel l-ebda ġieħ lil min jgħidu, minkejja kull intenzjoni biex jattakka lin-naħa tal-Gvern. Il-Partit Laburista jitlob li Bernard Grech jikkundanna dan id-diskors li sar minn deputat tiegħu stess.
Din id-dikjarazzjoni insensata tixhed id-dagħdiha ta’ isteriżmu u estremiżmu politiku, fl-agħar forma tiegħu, li ħakem lill-Partit Nazzjonalista.
AQRA WKOLL: