Waqt il-maratona ġbir ta’ fondi ta’ inqas minn 12-il siegħa, li ttellgħet il-Ħadd, il-Partit Laburista ġabar is-somma sabiħa ta’ aktar minn seba’ mija u ħamsa u ħamsin elf u erbgħa mitt ewro.
Din il-maratona kienet l-aħħar waħda għal din is-sena, li saret mill-Partit Laburista, u l-aktar darba li qatt inġabru flus fil-maratoni ta’ Diċembru.
Il-maratona fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, li xxandret dirett fuq l-istazzjon ONE, bdiet b’intervista mal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela. Matulha hu spjega l-ħidma tal-Gvern għal din is-sena, b’mod speċjali kif il-Gvern qed iwieżen lill-familji u lill-ħaddiema.
Iċ-ċifra finali tħabbret mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Leonid McKay, fil-preżenza tal-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista nnifsu u l-kumplament tal-amministrazzjoni tal-Partit.