Il-Partit Laburista ġabar €502,236 f’maratona għall-ġbir tal-fondi li saret il-Ħadd, fiċ-Ċentru Nazzzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Din is-somma sabiħa tħabbret fl-aħħar ta’ din il-maratona mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, fil-preżenza tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, u l-amministrazzjoni tal-Partit.
Randolph De Battista ħabbar li matul it-tliet maratoni għall-ġbir tal-fondi li saru matul din is-sena, il-Partit Laburista ġabar aktar minn €1.9 miljun.