“Il-Partit Laburista jifraħ lill-Partit Nazzjonalista li issa għandu 2 kapijiet”
Din kienet ir-reazzjoni tal-Partit Laburista għall-aħbar li fuq il-karta tal-vot tal-elezzjoni se nkunu qed naraw il-kandidati tal-Partit Demokratiku u l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fl-istess lista.
Din l-aħbar ħarġet ġurnata wara li l-PN ħarġu stqarrija jgħidu li d-diskussjonijiet bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku jinsabu fi “stadju avvanzat” u li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia għandhom viżjoni komuni għall-pajjiż.