Il-Partit Laburista jifraħ lil Glenn Micallef li mistenni jinħatar Kummissarju Ewropew wara li jintemm il-proċess tal-grilling tal-Kummissarji nominati minn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissarju nnominat Malti lbieraħ kiseb l-approvazzjoni ftit wara li temm it-tliet sigħat iwieġeb għall-grilling tal-Ewroparlamentari fi ħdan il-kumitati tal-kultura u l-edukazzjoni; l-impjiegi u l-affarijiet soċjali; tal-libertajiet ċivili, ġustizzja u intern; kif ukoll tal-affarijiet legali.
Il-Partit Laburista jinnota kif iż-żmien ta raġun lill-Gvern u mhux lill-forzi tan-negattività, li attakkaw kemm felħu n-nomina Maltija, u pprovaw iżebilħu l-portafoll fdat f’idejn Glenn Micallef mill-President tal-Kummissjoni Ewropea. Dan il-portafoll jittratta l-preżent u l-futur tal-Unjoni Ewropea wara r-rieda qawwija mill-Gvern li jafda f’vuċi żagħżugħa.
Aqra wkoll: