Fi stqarrija mid-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlamanent Ewropew ġie ddikjarat li kull tentattiv u attakk li jipprova jimmina s-servizzi finanzjarji ta’ Malta se jsib reżistenza qawwija mill-istess delegazzjoni. Anke jekk tentattivi tal-istess natura jiġu mill-istess grupp politiku.
Id-delegazzjoni innotat ukoll li bħal dejjem se jibqgħu jiġġieldu sabiex tiġi protetta s-sistema ta’ tassazzjoni ta’ pajjiżna. Sistema trasparenti u konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropeja u l-istandards tal-OECD hekk kif ikkonferma l-kumitat tal-PANA aktar kmieni din is-sena.
L-istqarrija tikxef ukoll li hemm Membri Parlamentari Ewropej li minħabba xi raġuni jew oħra qed jiskomodaw ruħhom fuq s-suċċess li Malta qed tikseb meta qed tiġi biex tattira l-investiment lejha. Investiment dirett barrani li huwa ferm akbar mill-medja Ewropea.