“Il-Partit Laburista jiċħad b’mod assolut u kategoriku rapporti fuq il-ġurnal ‘The Times of Malta’ li llum tlaqqa’ l-Ezekuttiv tal-Partit Laburista.”
Il-Partit Laburista qal dan fi stqarrija fejn spjega li mhux talli ma kien hemm l-ebda laqgħa b’urġenza kif imsemmi fir-rappurtaġġ, talli lanqas biss tlaqqa’ l-Eżekuttiv tal-Partit.
Il-Partit Laburista temm jappella għal rappurtaġġ li jkun veritier u fattwali.