Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-Oppożizzjoni għandha kull ċans li l-pajjiż ikollu Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubbika maħtur b’żewġ terzi bl-iktar mod immedjat.
Biex dan isir kull ma jrid isir hu li l-Kap tal-Oppożizzjoni jżomm mal-kelma li ta u jappoġġja l-mozzjoni li ressaq il-Prim Ministru fil-Parlament.
Il-Partit Laburista qal li sal-lum l-Oppożizzjoni għadha ma tatx raġuni valida għaliex mhux se tagħmel dan.
Għalhekk l-Oppożizzjoni ma tantx tista’ titkellem fuq demokrazija, meta għaliha d-demokrazija tfisser li jew tgħaddi tal-minoranza jew ma jsir xejn.