Fi Pjazza Kastilja, il-Partit Laburista fakkar il-memorja ta’ Manwel Dimech, persuna bi prinċipji sodi u li t-twemmin tiegħu fil-ġustizzja soċjali u l-identità nazzjonali għadhom validi sal-lum.
Meqjus bħala wieħed mill-ewwel progressivi f’Malta, Manwel Dimech iddefenda d-drittijiet tal-ħaddiema, waqt li kellu viżjoni politika u ħadem favur il-Malti għax kien jemmen li l-Malti jista’ jasal fejn jixtieq bis-saħħa tal-ħiliet tiegħu u mingħajr il-barrani.
Għal din iċ-ċerimonja fejn tpoġġew bukketti tal-fjuri f’riġlejn il-mafkar, kien hemm preżenti l-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ uffiċjali mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u membri Parlamentari.
Għall-okkażjoni attendew ukoll membri mill-familja ta’ Manwel Dimech.