Tnejn u erbgħin sena wara li Karin Grech sfat maqtula minn ittra bomba, l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista tatha ġieħ fuq il-mafkar tagħha f’San Ġwann.
Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef sostna li “din il-ferita għadha miftuħa beraħ sal-lum. Il-Partit Laburista jfakkar din il-ferita darba f’sena iżda l-familja tagħha tghix din il-ferita kuljum.”
Il-President tal-Partit Laburista jittama li ssir ġustizzja f’dan il-każ, bħal fil-każijiet kollha simili. Huwa emfasizza li f’dan iż-żmien, xogholna mhux li inġelldu ferita ma’ oħra iżda li bhala poplu nishqu li ssir ġustizzja f’kull kaz, sabiex tal-inqas il-feriti jibdew jingħalqu.