Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ martu Lydia u l-amministrazzjoni u l-membri tal-Partit Laburista taw l-aħħar tislima lill-Avukat Joe Brincat.
Dan hekk kif it-Tnejn filgħodu, il-korteo għadda minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, fi triqtu lejn il-Knisja ta’ San Publiju fil-Furjana.

L-Avukat Joe Brincat kien Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista bejn l-1976 u l-1980, u bejn l-1998 u l-2003.
Kien ukoll Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista bejn l-1987 u l-1992.

L-Avukat Brincat ħalla din id-dinja fl-età ta’ 81 sena nhar il-Ġimgħa li għadda
